Dan huwa sommarju tat-Termini tal-Użu li jista’ jinqara mill-bnedmin.
Ċaħda: Dan is-sommarju mhuwiex parti mit-Termini tal-Użu u mhuwiex dokument legali. Huwa sempliċement dokument prattiku ta’ referenza biex jinftiehmu t-termini kollha. Aħseb dwaru bħala interfaċċa faċli għall-utent għal-lingwaġġ legali tat-Termini tal-Użu tagħna.
Parti mill-missjoni tagħna hija li:
Insaħħu u Ninvolvu nies madwar id-dinja biex jiġbru u jiżviluppaw kontenut edukattiv u jew jippubblikawh taħt liċenzja bla ħlas jew jiddedikawh għal dominju pubbliku.
Inqassmu dan il-kontenut b’mod effettiv u globali, mingħajr ħlas.
Noffru siti web u infrastruttura teknika biex ngħinuk tagħmel dan.
Inti liberu li:
Taqra u Tipprintja l-artikli tagħna u midja oħra bla ħlas.
Taqsam u Terġa’ Tuża l-artikli tagħna u midja oħra taħt liċenzji bla ħlas u miftuħa.
Tikkontribwixxi għal u Teditja s-siti web varji jew il-proġetti tagħna.
Taħt il-kundizzjonijiet sussegwenti:
Responsabilità – Inti tieħu r-responsabilità għall-editjar tiegħek (minħabba li aħna nagħmlu hosting biss tal-kontenut tiegħek).
Ċivilità –Inti qed tgħin biex ikun hemm ambjent ċivili u ma tagħtix fastidju lil utenti oħra.
Imġiba skont il-liġi – Inti ma tiksirx id-drittijiet tal-awtur, ittella’ kontenut illegali, jew tikser liġijiet oħra applikabbli li jsegwu l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem.
L-Ebda Ħsara – Inti m’għandekx tagħmel ħsara lill-infrastruttura teknoloġika tagħna u ssegwi l-politiki ta’ dik l-infrastruttura.
Termini tal-Użu u Politiki – Inti żżomm mat-Termini ta’ Użu ta’ hawn isfel, mal-Kondiċi Universali tal-Kondotta, u mal-politiki tal-komunità applikabbli meta żżur is-siti web jew il-Proġetti tagħna jew tipparteċipa fil-komunitajiet tagħna.
Bil-fehim li:
Inti tilliċenzja l-kontribuzzjonijiet tiegħek bla ħlas – Ġeneralment, inti jeħtieġ li tagħmel liċenzja fuq il-kontribuzzjonijiet fuq u t-tibdil tiegħek tas-siti web tagħna jew tal-Proġetti taħt liċenzja bla ħlas u miftuħa (sakemm il-kontribuzzjoni tiegħek tkun fid-dominju pubbliku).
L-ebda parir professjonali – Il-kontenut tal-artikli fuq Wikipedia u Proġetti oħra huwa għal skopijiet ta’ informazzjoni biss u ma jikkostitwixxix parir professjonali.
Jekk għandek bżonn għajnuna jew trid tirrapporta ksur ta’ dawn it-Termini ta’ Użu, inti tista’:
Issaqsi għall-għajnuna fuq il-Proġetti tagħna: Ikklikkja “għajnuna” fuq in-naħa tax-xellug tal-maġġoranza tal-paġni.
Staqsi għall-għajnuna permezz tal-email: Ikkuntattja voluntiera bl-esperjenza għall-għajnuna billi tibgħat email fuq infowikimediaorg.
I Ikkuntattja l-Fondazzjoni Wikimedia: Tista’ ssib informazzjoni dwar kif tista’ tilħaqna fuq il-paġna ta’ kuntatt.
Jekk inti kontributur ġdid: Tista’ ssib il-politiki tal-proġetti biex titgħallem kif tuża l-Proġeetti ta’ Wikimedia fuqpaġni bħal primer għal nies ġodda.