Translations:Policy:Terms of Use/11.0/mt

Għal aktar ċarezza, organizzazzjonijiet oħra, bħal kapitli u assoċjazzjonijiet lokali ta’ Wikimedia, li jistgħu jaqsmu l-istess missjoni huma madankollu legalment indipendenti u separati mill-Fondazzjoni Wikimedia. Sakemm ma jkunx iddikjarat b’mod ieħor mill-Fondazzjoni bħala parti awtorizzata fuq il-Websajt tal-Proġett partikolari, dawk l-organizzazzjonijiet l-oħra m’għandhom l-ebda responsabbiltà għall-operazzjonijiet tas-Sit Web tal-Proġett jew il-kontenut tiegħu.